Artikolu 2 RGPD – Kamp ta’ applikazzjoni materjali
1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali:
(a) matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;
(b) mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;
(c) minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;
(d) mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.
3. Għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 98.
4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.
Preambuli xierqa
Premessa 13 – Meta Tat- Kont Ta’ Intrapriżi Mikro, Żgħar U Ta’ Daqs Medju
Premessa 14 – Mhux Applikabbli Għal Persuni Ġuridiċi
Premessa 15 – L-Newtralità Tat-Teknoloġija
Premessa 16 – Mhux Applikabbli Għal Attivitajiet Rigward Sigurtà Nazzjonali U Komuni
Premessa 17 – Adattament Tar-Regolament (Ke) Nru 45/2001
Premessa 18 – Ma Japplikax Għal Attivitajiet Personali Jew Tad-Dar
Premessa 19 – Mhux Applikabbli Għall-Prosekuzzjoni Kriminali
Premessa 20 – Ir-Rispett Tal-Indipendenza Tal-Ġudikatura
Premessa 21 – Ir-Regoli Ta’ Responsabbiltà Tal-Fornituri Tas-Servizzi Ta’ Intermedjarji Għandhom Jibqgħu Mhux Affettwati
Premessa 27 – Mhux Applikabbli Għal-Data Ta’ Persuni Mejta