Il-kunsens għandu jingħata b’att affermattiv ċar li jistabbilixxi indikazzjoni mogħtija liberament, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tal-qbil tas-suġġett tad-data li huwa jaqbel li tiġi pproċessata data personali b’rabta miegħu, pereżempju b’dikjarazzjoni bil-miktub, inkluż b’mod elettroniku, jew bil-fomm. Dan jista’ jinkludi l-immarkar ta’ kaxxa meta jżur sit elettroniku tal-internet, l-għażla ta’ settings tekniċi għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jew xi dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest jindikaw b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Is-silenzju, kaxxi mmarkati minn qabel jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet tal-ipproċessar kollha li jsiru għall-istess fini jew finijiet. Meta l-ipproċessar ikollu diversi finijiet, għandu jingħata kunsens għalihom kollha. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data jkollu jingħata wara talba b’mod elettroniku, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li tkun qed tiġi pprovduta għalih.
* Din mhix deskrizzjoni/titlu uffiċjali tal-premessa hawnhekk.
Għaliex il-Premessa 32 hija importanti għall-konformità mal-GDPR?
Il-Premessa 32 tispjega li l-kunsens għandu jingħata permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara u għandu jkun mogħti liberament, speċifiku, infurmat u mhux ambigwu. Tenfasizza li s-skiet, kaxxi mmarkati minn qabel jew nuqqas ta’ azzjoni ma jikkostitwux kunsens validu. Din il-premessa hija essenzjali għax tistabbilixxi standards stretti għall-kisba tal-kunsens, filwaqt li tiżgura li l-individwi jkollhom kontroll ġenwin fuq kif tiġi pproċessata d-data personali tagħhom u li l-organizzazzjonijiet jiġbru l-kunsens b’mod trasparenti u legali.